GĦAQDA FESTI ESTERNI SSMA. TRINITA' MARSA AD1975
  • Home
  • Kumitat u Kummissjonijiet
    • Kumitat Centrali
    • Kummissjoni Zghazagh
    • Kummissjoni Nisa
    • Kummissjoni Nar
    • Sezzjoni Radju Trinitarji FM 89.3
    • Marsa Trinity AFC
  • L-Storja ta' l-Ghaqda
    • L-Storja ta' l-Ghaqda
  • Ritratti u Filmati
    • Videos mill-Passat
    • Ritratti mill-Passat
    • Armar
    • Armar tal-briju
    • Festa 2010
    • Festa 2011
    • Ikla - 15/07/11
    • Snajja ikel u Xorb - attivita tal-Kunsill Lokali 11/09/11
    • Ikla - 23/09/11
    • Program 2014
    • Attivitajiet
    • Attivitajiet
  • Il-Marsa
  • Trinitarji 89.3 FM
  • Cds u Suvenirs
    • Innijiet u Diski
  • Links importanti
  • Idhol Membru
  • Ghamel Kuntatt

L-Istorja tal-Marsa

 

Picture

Il-kelma Marsa gejja mill-ilsien semitiku li tfisser tkun fis-sod, marbut mal-blat jew b’ankra li ma titharrikx.  Marsa hi ghalhekk kull dahla kennija max-xtajta fejn wiehed jorbot il-bastimenti imsejha port. Jidher li l-isem Marsa gie moghti fi zmien il-hakma Gharbija fil-gzejjer taghna. L-isem Marsa  nsibuh imnizzel f’dokumenti u mappep qodma. Il-Marsa hija port fiha nifisha u mill-bosta fdalijiet storici misjuba bhal mollijiet, imhazzen, djar, oqbra,  katakombijiet u fdalijiet ohra bhal garrar , muniti, etc  jidher car li l-abbitanti dejjem  uzawha ghal dan il-ghajn. Il-kittieb Markiz Barbaro jaghti taghrif dwar il-fdalijiet storici fil-Marsa u jghid li jafu l-bidu taghhom lill Fenici uhud mill-ewwel abitanti tal-gzira u AA Caruana jghid li l-Marsa l-aktar fuq il-gholja ta’ Kortin kienet diga mghammra sew mill-Fenici u kienet centru ta’ kummerc, waqt li fiz-zmien ir - Rumani kienet centru ta’ popolazzjoni li kien jigi t-tieni wara l-belt Kapiltali . Id-dahla tal-Marsa kienet mgharufa bhala l-Marsa iz-zghira  lejn il-Menqa u l-Marsa il-kbira lejn ix-xatt ta’ Cejlu mifrudin mill-Gholja tal-Gizwiti. (Ta’ Kortin)  Fiz-zmien il-hakma Bizantina fis-seklu hamsa u sitta mill-fdalijiet li nstabu kien hawn fil-Marsa komunita ta’ nsara.

  L-art u r-raba tal-Marsa huma mimlija b’nixxijat ta’ l-ilma u kienu wiehed mill-ahjar oqsma li kien hawn f’ Malta u fiz-zmienijiet Medjevali l-art tal-Marsa  insibuha fil-Fewdu tas-Sultan. Documenti qodma tissemma fil 1372, 1416 u fl-1430 hadha b’fewdu Carafellus Carrafa ta’ Napli .  Sa minn zmien qabel 1436 l-art tal-Marsa kienet tiddependi mill-parrocca Arcimatrici ta’ San Gorg Hal-Qormi Fil-4 ta’ Settembru 1441 is-Sultan Alfonsu biegh il-Fewdu tal-Marsa lil Nobbli Pietru de Busco.  Fil-10 t’Awwissu 1475 il-fewdu tar-raba u gonna b’dak li kien fija waqha taht il-familja DE Nava u l-eredi u meta gew il-kavallieri ta’ San Gwann bdew jaministrawha huma taht it-titlu ta’ Barunija. Fil-Mappa ta’ Malta ta’ Jean Quintin fil-1536 tidher bi prominenza il-Marsa bil-kliem (Marsa Hortus). Fil-funeral ta l-ewwel Gran Mastru fil-1534 tisemma l-Marsa meta l-gisem tieghu dahluh fil-knisja ta’ Ceppuna  sakemm haduh lejn il-Birgu.   Il-Marsa tisemma fl-assedji ta’ 1551 u tal-Assedju l-Kbir ta’ 1565  meta t-torok  waqqfu t-tined u l-isptar ghal feruti taghhom.  Hawn fil-Marsa sabu l-pjanura mohbija wara l-gholja tal-Kortin illum mgharufa tal-Gizwiti u l-ilma tajjeb ghax-xorb u kien ghalihom post idejali biex jipreparaw ruhom halli  jattakkaw l-kavallieri u lill-Maltin. Wara ir-rebha ta’ l-Assedju inbniet il-Belt Valletta u l-kavallieri uzaw l-ilma tal-Marsa ghal Belt Valletta sakemm saru l-akwatot. 


Meta 1575 Mons Duzina ghamel Vista Pastorali sab li fil-Marsa kien hawn zewg Knejjes li kienu wahda dedikata lil San Gorg Martri li kienet qrib il-Menqa tal-lum u l-ohra ta’ Santa Marija Assunta (tac-Ceppuna) li ghandha wieqfa u giet restawrata. Il-Gran Mastru La Cassiere fil-1581 xterha il-Fewdu tal-Marsa u gie parti mill-propjeta ta’ l-Ordni tal-Kavallieri.   Il-storiku Gian Frangisk Abela ( 1582-1655 ) bena il-Villa kbira tieghu San Giacomo maghmra b’ kappella u gonna ghal villaggjatura fejn waqqaf l-ewwel muzew ta’ l-antikitajiet u kiteb fiha l-istorja ta’ Malta. Il-villa hallieha lill patrijiet Gizwiti izda spiccat abbantunata u misruqa.  Il-Gran Mastru Pinto wettaq bosta xogholijiet fil-Marsa b’ bini ta’ mollijiet, twessieh ta’ triq principali u b’ gantoti ghal l-ilma biex imur il-Bahar minhabba l-biza tal malarja u beda l-progett tal-izvillup tal-port tal-Marsa. Dan il-biza mill-ilma li jigib il-mard mill-malarja kienet kawza li l-Marsa u l-inhawi fosthom Rahal l-Gdid qatt ma kibru fil-popolazzjoni dak iz-zmien.  Ftit wara li waslu l-Francizi  inbeda l-imblokk mill-Maltin fejn fil-Marsa twaqqfet tunciera thares lejn il-Bieb tal-Bombi u l-port biex il-kanuni taghha setghu jidefendu u jattakkaw l-Francizi. 


Taht il-hakma tal-Inglizi l-Marsa bdiet tinghata l-importanza taghha. Fiz-zmien il-Gvernatur Le Marchant fl-1859- inbeda l-progett tal-Portu Novu fl-inhawi tax-xatt in-naha ta’ gewwa tal-Marsa u fil-1861 beda ix-xoghol.  Dan gab zvillupp kbir,  bil-hatt u t-tghabija tal-bastimenti ta’ kull xorta l-iktar tal-faham u kompla meta gie miftuh il-kanal ta’ Suez. Bdew jinbnew bosta mhazen u djar ghal-familji tal-haddiema u fil-1870 l-avukat Guzeppi Zammit bena minn flusu l-knisja tal Madonna tal-Grazzji f’ ( ta’ Cejlu). Fil-1873 kienet ga bdiet tigi iccelebrata l-Festa tal-Madonna tal-Grazzji kemm gewwa kif ukoll barra b’festi esterni  Fil-1875 il-familja Zammit tghaw bidu ghal progett ta’ Belt gdida( Albert Town) fuq il-pjanta tal-perit Ovidio Doublet. Bdew jinbnew bosta djar, imhazzen u  imtiehen tal-qamh. In-negozzjanti bdew jinvestu f’kull tip ta’ negozju ghax raw li l-Marsa tista isir post industrijali u post ta’ Kummerc kbir.  Il-popolazzjoni bdiet tizdied tant li fl-1890 fl-inhawi tal-knisja tal-Portu Novu tal-Marsa kien hemm jghixu 620 ruh fi 200 djar minbarra ohrajn imxerrdin fl-irziezet, sqaqien u toroq ohra. 

Fil-Marsa nsibu binjiet ohra li gew mibnija f’dak iz-zmien; bhac-cimitarju tat-Torok fil-1874 mill-perit E.L.Galizia, ic-cimiterju tal-Lhud, il-korsa taz-zwiemel u l-istallell fejn fil-1869 saru l-ewwel tigrijiet, il-Biccerija, il-Pitkalija il-qadima, l-impjant tal-Gas, it-tiened tal-patata u tal-merkanzija, Sar il-progett tal-Menqa bil-pont tal hadied li inhadem taht id-direzzjoni ta’ l-ingienier Fredrick Jones. Dan il-pont tkisser bil-bombi fil-gwerra.  Tista tghidt li mis-seklu dsatax il-Marsa kienet diga zviluppata bhalha centru industrijali li gibdet lejha bosta abbitanti minhabba ix-xoghol l-iktar tal-faham. Fil-1903 inbena l-istazzjon tat Tram u insibu il-qasam tar-raba ta’ l-Ghammieri.  Issa l-popolazzjoni kienet tlahhaq qrib l-erba telf ruh. L-Arcisqof Mons Pietru Pace wera t-thassib tieghu ghax in-nies tal-Marsa ma setghux jaqdu l-htigijiet spiritwali taghhom tajjeb.  Iz-zewg knejjes  tal-Madonna tal-Grazzji (ta’Cejlu) u dik ta’ Santa Marija ( tac-Ceppuna ) kienu zghar wisq ghal-popolazzjoni dejjem tikber u kellhom ukoll  il-boghod ghal knejjes parrokkjali ta’ madwar. In-nies tal-Marsa kienu haddiema foqra u ma kellhomx mezzi biex jibnu l-knisja Parrokkjali taghhom. Is-sinjuri Lorenzo u martu Marija Karmela Balbi mill-Belt Valletta dahlu huma u minn flushom fil-1909 sa 1912 bnew il-knisja parrokkjali dedikata lit-Trinita’ Qaddisa u fil-1913 il-Marsa giet dikjarata bhala Parrocca u saret l-ewwel festa tas-SSma’ Trinita. Mal-knisja fl-1911 il-kopja Balbi bnew il-kunvent tal-patrijiet Kappuccini waqt li l-Markisa Anna Bugeja bniet il-kunvent u l-iskola tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Gesu’  (Ta Nuzzo) li infethu 1913. Sa minn zmien qabel saret parrocca u fis-snin ta’ wara bdew jitwaqfu diversi ghaqdiet u socjetajiet religjuzi, socjali, sportivi, politici, muzikali u kulturali .

Madwar il-knisja bdew jinbnew iktar djar u infethu toroq godda mal-hafna li kien ga hemm. Fil-1924 inbniet l-iskola tal Gvern u infethet minn Mons E Dandria. Fil-1931 il-Marsa  kellha popolazzjoni ta’ 7867.  Il - gwerra (1939-1945) waqfet il-progress peress li bosta bini safa imgarraf u saru bosta hsarat  fejn  anke l-istess knisja giet milquta. Izda wara l-gwerra rega  kompla il-progress u l-izvillup tal-port u inbnew aktar djar, kappelli, il -Power Station, c-Centru industijali, It-Telefon, l-Malta Shipbuilding, Fabbriki,skejjel u infethu bosta toroq ghat-traffiku  bhal ma hi Triq Dicembru tlettax li ghaddiet minn nofs il-qalba tal-Marsa. Dawn  hallew l-impatt negattiv fuq il-komunita Marsija . Fil-1948 kien hawn fil-Marsa jghixu 11,560, izda wara beda jonqos tant li fl-1967 kien ta’ 9,722.  Fil-1959 - 1961 inbniet l-knisja tal-Madonna Tad-Dmugh u fil-1967 saret parrocca.  Wara inbidel it-titular ghal Marija Regina u inbena il-kunvent tal-patrijiet Kappuccini. Fil-1962 inbena c-Centru parrokkjali San Piju X.  Fil-1988 sar il-monument tal-bronz tal-koppja benefaturi Balbi. Il-Marsa  kellha l-ewwel kunsill lokali fil-1993.  Fic-Censiment ta’ 2005 il-popolazzjoni tal-Marsa kienet ta’ 5389. 
 
Donnu id-destin tal-Marsa huwa li tkompli tizviluppa u tinbidel anke issa b’ mod turistiku kif inhuma l-pjani ghax-xatt u l-Marina fil-Menqa kif thabbar 2009 fuq pjanta tal-perit Marc Bonello u l-izvillup tal-Marsa Sports village li thabbar dan l-ahhar.

Powered by Create your own unique website with customizable templates.
  • Home
  • Kumitat u Kummissjonijiet
    • Kumitat Centrali
    • Kummissjoni Zghazagh
    • Kummissjoni Nisa
    • Kummissjoni Nar
    • Sezzjoni Radju Trinitarji FM 89.3
    • Marsa Trinity AFC
  • L-Storja ta' l-Ghaqda
    • L-Storja ta' l-Ghaqda
  • Ritratti u Filmati
    • Videos mill-Passat
    • Ritratti mill-Passat
    • Armar
    • Armar tal-briju
    • Festa 2010
    • Festa 2011
    • Ikla - 15/07/11
    • Snajja ikel u Xorb - attivita tal-Kunsill Lokali 11/09/11
    • Ikla - 23/09/11
    • Program 2014
    • Attivitajiet
    • Attivitajiet
  • Il-Marsa
  • Trinitarji 89.3 FM
  • Cds u Suvenirs
    • Innijiet u Diski
  • Links importanti
  • Idhol Membru
  • Ghamel Kuntatt