GĦAQDA FESTI ESTERNI SSMA. TRINITA' MARSA AD1975
  • Home
  • Kumitat u Kummissjonijiet
    • Kumitat Centrali
    • Kummissjoni Zghazagh
    • Kummissjoni Nisa
    • Kummissjoni Nar
    • Sezzjoni Radju Trinitarji FM 89.3
    • Marsa Trinity AFC
  • L-Storja ta' l-Ghaqda
    • L-Storja ta' l-Ghaqda
  • Ritratti u Filmati
    • Videos mill-Passat
    • Ritratti mill-Passat
    • Armar
    • Armar tal-briju
    • Festa 2010
    • Festa 2011
    • Ikla - 15/07/11
    • Snajja ikel u Xorb - attivita tal-Kunsill Lokali 11/09/11
    • Ikla - 23/09/11
    • Program 2014
    • Attivitajiet
    • Attivitajiet
  • Il-Marsa
  • Trinitarji 89.3 FM
  • Cds u Suvenirs
    • Innijiet u Diski
  • Links importanti
  • Idhol Membru
  • Ghamel Kuntatt

L-Istorja ta' l-Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita', Marsa A.D1975.


Sa mill-bidu tal-parrocca tat- Trinita Qaddisa fil-Marsa kien hawn gruppi ta'  irgiel u zghazagh Ii kienu jiehdu hsieb il-festa ta' barra billi jizejjnu  t-toroq, igibu l-baned u jinharaq il-loghob tan-Nar kemm ta' l-ajru kif ukoll  ta' l-art (giggifogu). Dan wasal biex bdew jitwaqfu l-kumitati tat-toroq u kibru  izjied wara it-tieni gwerra dinija. Fost dawn il-kumitati ta' min isemmi ta’  Triq Zerafa, Triq il-Marsa, Triq San Pawl, Triq is-Sajjieda, Triq il-Pitkali u  ohrajn li kienu jigbru maghhom it-toroq u sqaqien ta' ma dwarhom. Dawn  il-kumitati hallewna bosta armar antik fosthom konolli, pedestalli u diversi  statwi mahduma bil-kartapesta minn-istatwarji fosthom, Karmenu Mallia minn  tal-Qorrni, Duminku Azzopardi minn Triq Zerafa I-Marsa, u l-Kavallier Wistin  Camillieri tar-Rabat, Ghawdex. Kienu dawn il-Kumitati li taw sehemhom sewwa  ghall-festa titulari esterna.

Fil-bidu tas-snin sittin tas-seklu l-iehor il-kumitati ppruvaw jingabru  taht l-isem ta' (Holy Trinity Feast Committee Marsa.). Dawn damu jifunzjonaw sa  1968 meta l-festa esterna ma saritx b]ala protesta minhabba I-kwistjoni tal-vara  titulari. Is-sena ta' wara nhar il-Hadd 2 ta' Marzu 1969 sar ir-referendum  fil-parrocca bir- rizultat li wera li ma kienx hemm maggoranza ta' zewg terzi  (2/3) u ghalhekk kien indeciz. L-awtoritajiet Ekklezjastici qatghuha li jhallu  kollox kif kien qabel.  jigifieri li l-festa kellha tibqa sir bis-Santissmu  Sagrament. Fid-dawl ta' dawn ic-cirkustanzi, l-kumitat ta' dawn il-gruppi  irrizenja kollu. Wara gew imsejhin xi membri ta' l-ghaqdiet religjuzi biex  jghinu fil-festa ta' barra, ghalkemm kien fadal xi ndividwi u gruppi ohra   li baqg]u jiehdu hsieb it-toroq taghhom. Il-fatti urew li l-festa bdiet sejra Iura u gie deciz li dawk kollha li jigbru u jarmaw it-toroq taghhom jinghaqdu
flimkien u jiffurmaw l – Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita', Marsa.

Kien nhar il-Hamis 10 ta' Luliu 1975 li twieldet u giet iffurmata  L-Ghaqda tal-Festa bl-ewwel Kumitat.  Gew mahtura l-ewwel ufficcjali li  kienu l-President is-Sur Gigi Vella, Segretarju s-Sur Pawlu Dimech, Kaxxier is-Sur Guzi Vella, Ass Kaxxier is-Sur Victor Cilia u l-membri sinjuri,  Meilaq Joe, Cilia Nazju, Formosa Anthony, Grech Sidor, Farrugia Pawlu, Grima  Alfred, Cacciatolo Philip u Formosa Evan. II-Kappillan  Patri Diego Thewma  Kappuccin u I-Prokuratur Fra Antnin Vella Kappuccin kienu fil-kumitat Ex-offi`io. Gie miftuh il-Lokal ta' l-Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita',  l-ewwel ta]t l-ufficcju tal-kappillan u wara ta]t il-Knisja Parrokkjali halli l-Ghaqda jkollha c-centru taghha fejn setghet tlaqqa l-membri. Dan il-post huwa  mgharuf bhala l-kantina u nfetah nhar il-21 ta' Settembru 1975 u tbierek  mill-Kappillan Patri Diego Thewma O.F.M. Cap. B’ hekk l-Ghaqda bdiet tisejjah  tal-KANTINA.

Il-festa reget bdiet tqum fl-organizzazzjoni taghha u nhar il-Hadd 5  ta' Gunju, 1977 fil-festa titulari saret dimostrazzjoni bl-istatwa ta' Trinita' Qaddisa' ta' Triq il-Marsa. Din id-dimostrazzjoni bl-istatwa fil-marc ta' l
ahhar kienet imbuttatura l-quddiem biex jingieb il-permess mill-Belt tal-Vatikan ]alli l-parrocca tas-SSma' Trinita' fil-Marsa jkollha l-vara titulari taghha, dik ta' Trinita' Qaddisa.  Dan sar fuq taIba tal-kappillan patri Diego Thewma kappuccin u I-Ar`isqof Mons Guzeppi Mercieca. Fil-fatt fl  4 ta' Novembru ta' dik is-sena 1977 hareg id-digriet mis-Sagra Congregatio pro sacramentis et cultu Divino tal-Belt tal-Vatikan.  Is-sena ta' wara fl-1978 inharget il-purcissjoni bl--istatwa ta' Trinita Qaddisa li tintrama' fi Triq il-Marsa u r-reffiegha taghha kienu kollha membri ta' I-Ghaqda tal - Festi Esterni SSma' Trinita' u hekk ghadhom sal-lum. L-Ghaqda kienet hadet sehem attiv fi`-celebrazzjonijiet ta' meta ngiebet il-Vara Titulari minn Bolzano I-Italja bit-t]abrik tal-kappillan Patri Diego Thewma O.F.M. Kapp. Fis-27 t'Ottubru 1979, saret demostrazzjoni ferrieha ta' merhba fit-toroq tal-parrocca u tkompliet b’gimgha t’ attivitajiet.

Nhar il-Hadd 9 ta' Dicembru 1979 fl-laqgha Staordinarja generali gie approvat statut gdid ghal Ghaqda mill-Kappillan u 32 membru li kienu presenti fejn fiha gie approvat u konfermat ufficcjalment l-isem ta' L-GHAQDA FESTI ESTERNI SANTISSlMA' TRINITA,MARSA. A.D.1975. Dan l-istatut gie mghotifikat fit-12 t- Awwissu 1992 u aggornat aktar il-quddiem fil-laqghat generali. Fil-1980 saru festi kbar meta l-vara l-gdida skolpieta fl-injam harget g]all-ewwel darba processjonalment fit-toroq Marsin. Il-membri ta' l-Ghaqda taw is-sehem taghhom fit-twaqqif tal-monument tal-koppja Balbi u fil-festi tal-75 sena tal-parrocca fil-1988 u tal 75 sena tal -konsagrazzjoni tal-knisja ParrokkjaIi fil-1992. Kienet f'din is-sena Ii nhadmu zewg pilandri kbar ghal  taht iz-zuntier. F'din is-sena 1992 inkiteb u gie muzikat l-innu marc  lit-Trinita Qaddisa u fil-1996 izanzan l-innu Marc ta' l-Ghaqda Festi Estemi SSma’ Trinita'.  Dawn l-innijiet inkitbu mis-Sur Saviour Spiteri li saru propjeta ta' l-Ghaqda. 

Il-Ghaqda kompliet tizviluppa; fil-1989 twaqqfet Kummissjoni Zghazagh u  fil-1990 twaqqfet fi hdana is-Sezzjoni Zghazagh Festi Estemi SSma' Trinita' li kompliet kabret l-entuzjazmu ghal festa.  L-ewwel kumitat tas-Sezzjoni Zghazagh kienu dawn is-sinjuri Portelli Edward, Rapa Jason. Portelli Brian, Scerri Dennis, Frigggeri Stephen, Spencer Ivan, Ciantiar Ivan u Zahra Charles. FI-1995 twaqqfet is-Sezzjoni Sports bit-team tal-futboll Trinity u  fl-1997 dik tal-helpers Nisa li kienet iffurmata mis-sinjura Abela Patricia, is-sinjura Scicluna Michelle, is-Sinjura Bugeja Josephine, is-Sinjura Dimech Salvina, u s-Sinjorina Schembri Graziella. Maz-zmien din bdiet tissejjah
Sezzjoni Nisa
 
L-iskop principali ta' l-Ghaqda kien u ghadu li torganizza Festa esterna xierqa g]al-parrocca ta' Trinita' Qaddisa fil-Marsa.  Haga li ppruvat taghmel kemm bl-armar sabi] ta' Pavaljuni, Bandalori, pedestalli u statwi li  jsebb]u I-Marsa fil-jiem tal-festa,kif ukoll billi jingiebu l-baned u tiehu hsieb il·loghob tan-nar. Wara l-festa ta' 1994 fuq inizjattiva tas-Sezzjoni Zghazagh ta' l-Ghaqda beda l-progett ta' statwi godda bil-pedestalli, L-ewwel wahda kienet ta’ San Gwann il-Battista u  fis-snin ta' wara tkomplew bis-Santi Padri u statwi ohra mahdumin mill-Kavallier Alfred Camillieri Cauchi. Ma dawn ta' min issemmi l-istatwa ta' Trinita Qaddisa bil-pedestall imhallsa mill-benefattur u membru ta' l-Ghaqda, l-Kavallier Charles Attard. Il-pedestall inhadem mis-Sur Edward Abela u mis-Sur Raymond MeIi fuq disin tas-Sur Silvo Pace. Dawn il-persuni kienu hadmu wkoll il-pedestalli l-ohra. Fil-1998 saret  l-istatwa ta San Mikiel Arkanglu Ii nhadmet mis-Sur Paul Aquilina f' Ghawdex u giet irregalata lil l-Ghaqda. Fil-2003 inhadmet I-istatwa tal Marsija mill-istatwarju Micheal Camillieri Cauchi u  tintrama quddiem ic-Centru ta'  l-Ghaqda fuq pedestall.
 
Fis-sena 2000 l-Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita ccelebrat bil-kbir  il-25 sena mit-twaqqif taghha. Saru bosta attivitajiet religjuzi, socjaIi, u rikreattivi li kienu jinkludu Quddiesa ta' radd il-Hajr, Akkademja Muzika Letteratja fejn indaqq I-Innu il-kbir tas-surmast Casapinta. Dan l-innu gie moghti b'kuntratt lil-Ghaqda mill-ex membri tal-Kumitat ta' Triq Zerafa, nhar is-26 t’ Awwissu 1997 u hareg fuq C D. Kienet f' din is-sena, 2000 Ii I-Ghaqda ippublikat I-Istorja ta' l-Ghaqda Festi Esterni SSma' Trinita' Marsa, .A.D. 1975  mis-Sur Pawlu Dimech. L-Ghaqda sal-Ium kellha seba presidenti Ii kienu dawn is-sinjuri, Gigi Vella, Chalie Borg, Joseph MeIiaq,Emanwel FeIice,Saviour Spiteri, Edward Abela u dak attwali F.Saviour Micallef.
 
L-Ghaqda ghaddiet wkoll minn zmienijiet difficli u ta' prova izda bil-ghajnuna ta' Trinita' Qaddisa' u r-rieda tal-membri kompliet mixja l-quddiem, sakemm wara diversi laqghat ta' diskussjonijiet sar ftehim bil-miktub g]al festi li gejjin. Dan sar bejn l-Ghaqda Festi Estemi SSma' Trinita', .A.D. 1975, (Ghaqda Civili) li ghaIih deher il-President s-Sur Edward Abela u I-Parrocca tat-Trinita' Qaddisa li ghaliha deher il-Kappillan Emmanuel Abela O.F.M. Cap. Il-ftehim nhar is-26 t’April 2005  quddiem il-Kancillier Mons, Carmelo Zammit li deher f'isem il-Kurja ta' I-Arcisqof fil-Kurja l-Furjana. Dan il-kuntratt jorbot mal-ftehim Ii sar bejn I-Kappillan, I-Ghaqda tal-Festi Esterni Santissima Trinita’ u I-Kazin tal-Banda Trinita' Qaddisa quddiem in-nutar Philip Said nhar it-2 ta' Mejju 2002. 
 
Kien fil-hsieb ta' I-Ghaqda Ii jkollha post centrali Ii jkun ghall uzu  taghha, Id-dar ta' faccata ta’ fejn hemm ic-Centru fi Triq Balbi kienet g]all-bejgh. Din id-dar tinsab f'kantuniera ma’ triq San Tumas. Wara li saret Laqgha Generali, il-membri ta’ l-Ghaqda dahlu  ghal sagrificcju personaIi li johorgu l-flus u sar arbural ta' donazzjonijiet halli jingabru l-ispejjes u l-post jingabar. Il-kuntratt tax-xiri tal-post sar ghand in-nutar Pierre Cassar, nhar l-1 ta Dicembru 2003 u ftit wara thallas kollu bil-kontribuzjonijiet tal-membri. Fil-2006 sar kuntrat fejn l-Ghaqda irregalat quddiesa muzikata li tindaqq fil-hrug tal-vara min-nicca u saru sett ta’ marci li jindaqqu waqt  il-purcissjoni. Fil-2007 jizanzan kwadru kbir li juri lit-Trinita Qaddisa tbierek l-Ghaqda Festi Esterni impitter minn Adonai Camillieri Cauchi u fil-2008 saret Bandalora kbira barokka g]al briju tal-Marci u bandalora tar-rakkmu g]al Ghaqda. Fil-2009 izanznet imrewha kbira ghal waqt il-marci u sar armar gdid, filwaqt li is-sena ta’ wara 2010  l-Ghaqda bdiet ixandar fuq Radju Trinitarji F.M.89.3 fl-okkazzjoni ta’ 20 anniversarju tas-Sezzjoni Zghazagh u kompliet b’ xandierit o]ra il-quddiem. Kien f’ din is-sena ukoll li zanzan  pavaljun kbir bi still ’rokoko’  ghal bidu ta’ Triq Balbi hdejn ic-Centru ta’ l-Ghaqda fuq disin ta’ Adonai Camillieri Cauchi.
 
L-Ghaqda Festi Estemi SSma' Trinita, Marsa, .A.D.1975 thares lejn il-futur b ' kura[[ filwaqt li tirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem u  l-ghajnuna taghhom halli l-Ghaqda tkompli tahdem bla serhan ghal Festa ghaziza  ta' Trinita' Qaddisa, Titualar tal-knisja ParrokkjaIi u Matrici tal-Marsa.

Powered by Create your own unique website with customizable templates.
  • Home
  • Kumitat u Kummissjonijiet
    • Kumitat Centrali
    • Kummissjoni Zghazagh
    • Kummissjoni Nisa
    • Kummissjoni Nar
    • Sezzjoni Radju Trinitarji FM 89.3
    • Marsa Trinity AFC
  • L-Storja ta' l-Ghaqda
    • L-Storja ta' l-Ghaqda
  • Ritratti u Filmati
    • Videos mill-Passat
    • Ritratti mill-Passat
    • Armar
    • Armar tal-briju
    • Festa 2010
    • Festa 2011
    • Ikla - 15/07/11
    • Snajja ikel u Xorb - attivita tal-Kunsill Lokali 11/09/11
    • Ikla - 23/09/11
    • Program 2014
    • Attivitajiet
    • Attivitajiet
  • Il-Marsa
  • Trinitarji 89.3 FM
  • Cds u Suvenirs
    • Innijiet u Diski
  • Links importanti
  • Idhol Membru
  • Ghamel Kuntatt